Thursday, May 16, 2024

Il-vittma nqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina f’sidru

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq il-katavru li nstab nhar it-Tlieta li għadda fil-Wied ta’ Ħal Qormi. Mill-awtopsja rriżulta li l-vittma inqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina fil-parti ta’ quddiem ta’ sidru. 

Madankollu, minħabba li l-katavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, il-vittma għadu ma ġiex identifikat u għalhekk l-analiżi forensiċi għadhom għaddejjin fejn l-investigaturi qegħdin jistennew ir-riżultat tat-testijiet tad-DNA biex tkun ikkonfermata l-identità tal-vittma. 

Il-Pulizija qiegħda tappella biex min għandu xi informazzjoni li tista’ tgħin fl-investigazzjoni dwar dan l-omiċidju jista’ jċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri 21224001 / 119. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett, flimkien mal-Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Gabriella Vella għadhom għaddejjin. 

Sport