Tuesday, April 23, 2024

Barcelona miftuħa għall-offerti għal Memphis Depay

Aqra wkoll

Barcelona huma miftuħa għall-offerti għal Memphis Depay, dan is-sajf, iżda għad iridu jieħdu deċiżjoni finali dwar il-futur tal-player internazzjonali Olandiż.

Il-player ta’ 28 sena, li mar jilgħab fil-Camp Nou bi free transfer is-sena l-oħra wara li naqas li jonora l-kuntratt tiegħu ma’ Lyon, skorja 13-il goal u pprovda żewġ assists fi 38 dehra għall-club Katalan tiegħu matul l-istaġun li għadda.

Madankollu, il-ftehim attwali ta’ Depay għandu jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar ġimgħat, b’Barcelona qed jippjanaw li jkomplu jtejbu l-attakk tagħhom dan is-sajf.

Sport