Barcelona ġew immultati €602 mill-FA Spanjola wara lment minn Atletico Madrid dwar kuntatti mal-attakkant Arġentin, Julian Alvarez, mingħajr notifika bil-miktub minn qabel.
Atletico ressqu wkoll ilment quddiem il-FIFA, iżda din iddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni fuq il-każ.
Alvarez, li għandu kuntratt ma’ Atletico sal-2030, talab skuża lill-partitarji wara li kien ikkritikat talli esprima x-xewqa li jilgħab ma’ Barcelona. Huwa ammetta li għamel żball u qal li jifhem ir-rabja tagħhom.
L-attakkant ingħaqad ma’ Atletico mingħand Manchester City fl-2024 u skorja 51 goal f’115-il dehra mal-club Spanjol.




