Il-FIFA se tispezzjona l-istadiums fi Spanja, fil-Portugall u fil-Marokk matul Novembru u Diċembru bħala parti mit-tħejjijiet għat-Tazza tad-Dinja tal-2030, hekk kif dawn it-tliet pajjiżi se jkun l-organizzaturi.
Id-delegazzjoni se żżur 15-il belt: sitta fil-Marokk, tnejn fil-Portugall u sebgħa fi Spanja.
L-ispezzjonijiet se jivvalutaw l-istadiums, l-infrastruttura u l-pjani organizzattivi, iżda l-inklużjoni fil-lista ma tiggarantixxix li belt se tospita partiti.
Spanja u l-Marokk qed jikkompetu biex jospitaw il-finali, iżda d-deċiżjoni għadha pendenti.
L-Arġentina, l-Urugwaj u l-Paragwaj mistennija jospitaw l-ewwel tliet partiti biex ifakkru ċ-ċentinarju tal-ewwel Tazza tad-Dinja tal-1930.




