Barcelona jinsabu qrib li jiffirmaw lill-goalkeeper Joan García mingħand Espanyol, bil-ħsieb li jagħlqu t-trasferiment malajr. García, ta’ 24 sena, kien fost l-aqwa gowlers f’La Liga u rebaħ diversi unuri personali dan l-istaġun. Minkejja interess minn Arsenal u Aston Villa, huwa mistenni jirrifjuta l-offerti tagħhom biex jingħaqad ma’ Barcelona.
Il-klabb se jattiva l-klawsola ta’ €25 miljun u joffrilu kuntratt ta’ ħames snin. Dan il-pass hu wkoll risposta għall-futur inċert ta’ Ter Stegen, li ilu barra b’injury.