Friday, May 3, 2024

Barcelona u Atletico Madrid … tpartit bejn Antoine Griezmann u Alvaro Morata?

Aqra wkoll

Barcelona u Atletico Madrid qed jikkunsidraw ftehim ta’ tpartit li jinvolvi lil Antoine Griezmann u Alvaro Morata.

Iż-żewġ players bħalissa huma mislufin lil hinn mill-clubs tagħhom, bi Griezmann ta’ Barcelona jinsab misluf ma’ Atletico u Morata qed iqatta’ perjodu temporanju ma’ Juventus.

F’kull każ, hemm għażliet biex jiġu attivati ftehimiet permanenti, iżda jidher li ż-żewġ clubs jistgħu jippreferu jfasslu proposta tagħhom stess.

Huwa mifhum li d-direttur sportiv ta’ Barcelona Mateu Alemany kellu diskussjonijiet mal-Kap Eżekuttiv ta’ Atletico Miguel Angel Gil Martin aktar kmieni din il-ġimgħa.

Ħafna jiddependi minn jekk Juventus jiddeċiedux li jattivaw l-għażla tagħhom li jiffirmaw lil Morata, iżda l-fatt li huwa skorja 11-il goal biss f’dan l-istaġun jagħmel dan improbabbli.

Minflok, l-uffiċjali tal-club rispettivi jistgħu jippruvaw jgħaqqdu ftehim ta’ tpartit, b’Barcelona bħalissa jisnabu fis-suq għal attakkant ġdid u jkunu kuntenti li jċedu lil Griezmann mal-ewwel opportunità.

Sport