Tuesday, April 23, 2024

Ibrahim Sangare fil-mira ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Chelsea identifikaw lill-midfielder ta’ PSV Eindhoven, Ibrahim Sangare, bħala mira potenzjali għat-trasferiment tas-sajf.

B’Jorginho u N’Golo Kante it-tnejn għandhom ‘il fuq minn 30 sena, il-manager Thomas Tuchel jista’ jikkunsidra li jġedded l-għażliet tiegħu f’nofs il-ground qabel l-istaġun 2022-23.

Filwaqt li Conor Gallagher mistenni jkun parti mill-iskwadra tal-ewwel team tal-Blues, hemm suġġeriment li Tuchel xorta jrid jiffirma player ieħor għal dik il-pożizzjoni.

Jidher li l-Blues kienu qed isegwu l-progress ta’ Sangare, li ilu jimpressjona ma’ PSV.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li huwa wkoll internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju, għamel total ta’ 47 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, li għen lill-club Olandiż jirbaħ il-KNVB-Beker u jixpruna lil Ajax għar-rebħ tat-titlu tal-Eredivisie.

Għalkemm Sangare għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu, huwa ssuġġerit li Chelsea jistgħu jiksbu ftehim għalih bi proposta ta’ £30m.

Dan huwa ferm irħas milli jkun jiswa biex jakkwistaw il-firma ta’ Declan Rice b’West Ham United jinsistu fuq prezz mitlub ta’ £150m.

Sport