Hekk kif il-goalkeeper internazzjonali Ġermaniż Manuel Neuer m’għadux daqshekk żgħir, id-diriġenti ta’ Bayern Munich qed jippruvaw isibu sostitut denju għalih u l-għażla tidher li waqgħet fuq il-goalkeeper ta’ Brighton and Hove Albion Bart Verbruggen. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Olandiża. Hu beda jilgħab b’mod regolari mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu u fil-fatt diġa’ deher 18-il darba.
Min-naħa tagħhom, is-Seagulls iffissaw il-prezz ta’ £50 miljun għalih.