Iż-żewġ timijiet nazzjonali tal-basketball, il-Ħamis, kienu fl-azzjoni fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar fejn kellhom rebħiet fuq il-pajjiż ta’ Andorra.
It-team tan-nisa lagħab kontra Andorra, f’Ċipru, u ħareġ rebbieħ bl-iskor kbira ta’ 76-41 (21-11, 18-7, 25-11, 12-12), bl-aqwa skorers ikunu Josephine Grima (21), Steffy DeMartino (18), Ashleigh Van Vliet Jr. (13), Danika Galea (7), Mikela Riolo (5), Claire Ciantar (4) u Sophie Abela (4), Ylenia Bonett u Nicola Handreck (2) .. bil-players l-oħra jkunu Kirsty Galea, Julia Xerri u Nicole Agius.
It-team tal-irġiel għeleb lil Andorra 72-70 (13-22, 15-15, 26-18, 16-17) bil-protagonista jkun Tevin Falzon li għamel 3-pointer fl-aħħar frazzjoni ta’ sekonda tal-logħba.
Wara bidu ħażin fejn tilfu l-ewwel sessjoni 22-13, il-Maltin, appoġġati minn mijiet ta’ partitarji fil-padiljun f’Ta’ Qali, irkupraw tajjeb wara l-mistrieħ biex telgħu ras imb’ras biex fil-bidu tal-aħħar sessjoni Andorra kienu fil-vantaġġ ta’ 55-54.
Kienet sessjoni mill-aktar interessanti u meta kollox deher li Andorra kienu se jirbħu 54-52, Falzon wettaq buzzer beater bi 3-pointer biex dawwar ir-riżultat favur il-Maltin fost id-dellirju tal-partitarji.
L-aħjar skorers kienu Samuel Deguara (25), David Bugeja (17), Nelson Kahler (11), Nathan Xuereb (10), Tevin Falzon (9), bil-players l-oħra jkunu Jack Zammit, Alec Felica Pace, Matthew Scerri, u Kurt Joseph Xuereb.