Sunday, October 20, 2024

Bayern Munich iridu jġeddu lil Leroy Sane

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Bayern Munich qed jitkellmu mal-aġent ta’ Leroy Sane sabiex dan tal-aħħar iġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim mill-Bavarja. Dan il-plejer għandu 28 sena u ilu jilgħab fl-Allianz Arena erba’ snin fejn fihom skorja 29 gowl f’125 logħba.

Sane qed jiġi attirat minn Manchester United u Arsenal għalkemm Bayern Munich lesti li jżidulu s-salarju tiegħu.

Fil-passat Sane diġa’ kien lagħab fil-Premier League Ingliż ma’ Manchester City.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport