Monday, May 13, 2024

Bayern Munich jiddominaw kontra Werder Bremen

Aqra wkoll

Iċ-champions Ġermaniżi Bayern Munich bdew bl-aħjar mod l-impenji tagħhom fil-Bundesliga Ġermaniża hekk kif rebħu 4-0 barra minn darhom għand Werder Bremen.

It-tim mill-Bavarja kif mistenni ħareġ mal-ewwel fuq l-attakk u bdew joħolqu ċans wara ieħor.

Leroy Sane spikka għat-tim minn Munich meta skorja doppjetta filwaqt li seta’ jiċċelebra l-ewwel gowl tiegħu fil-Ġermanja l-akkwist il-ġdid Harry Kane.

Iż-żagħżugħ Tel għaqqad l-iskor favur it-tim immexxi minn Thomas Tuchel.

Sport