Saturday, May 18, 2024

Chris Wood jagħti rebħa drammatika lil Nottingham Forest

Aqra wkoll

Gowl drammatiku skorjat minn Chris Wood ta r-rebħa lil Nottingham Forest li għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-1.

Kien Taiwo Awoniyi li poġġa lil Forest minn fuq wara tliet minuti logħob sabiex Gustavo Hamer ġab l-iskor indaqs għat-tim mill-belt ta’ Sheffield.

Meta kollox kien qed jindika li l-logħba se tispiċċa fi draw pront wasal il-gowl ta’ Chris Wood li ta l-ewwel tliet punti lil Nottingham Forest.

Sport