Thursday, July 23, 2026
Home Sport Bayern Munich jiffirmaw lil Joao Cancelo

Bayern Munich jiffirmaw lil Joao Cancelo

0
544
Ritratt: Bayer Munich.com

Bayern Munich iffirmaw lid-difensur tal-Portugall Joao Cancelo b’self sa tmiem l-istaġun mingħand Manchester City.

Fi tmiem l-istaġun, Bayern għandhom għażla li jixtru lid-difensur Portugiż għal €70 miljun. Cancelo, li skorja seba’ darbiet f’41 dehra mal-Portugall, wasal Munich nhar it-Tnejn u sarlu l-eżami mediku b’suċċess  nhar it-Tlieta liema miġja tista’ tfisser it-tmiem tal-Franċiż, Benjamin Pavard, ma’ Bayern.

Id-difensur Portugiż ta’ 28 sena ingħaqad mas-City mingħand Juventus għal €65 miljun fl-2019 u għandu kuntratt maċ-champions Ingliżi sal-2027.