Thursday, April 18, 2024

Bayern Munich lesti li jġeddu l-kuntratt ta’ Jamal Musiala

Aqra wkoll

Id-direttur ta’ Bayern Munich, Hasan Salihamidzic, kien qed jitkellem ma’ ġurnal sportiv Ġermaniż u kkonferma li ftit tal-jiem ilu avviċinaw lil Carolin Musiala u r-rappreżentant tal-plejer Jamal Musiala sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim mill-Bavarja.

Musiala għad għandu 19-il sena u t-tim Ġermaniż qed iqisuh bħala parti importanti mill-futur tagħhom. Huwa għalhekk li Salihamidžić u sħabu se jagħmlu li jistgħu sabiex iġeddu l-kuntratt tiegħu sas-sena 2026 u jżidulu s-salarju tiegħu.

Ekonomija

Sport