Tuesday, April 23, 2024

Marco Asensio segwit minn tliet klabbs Ewropej

Aqra wkoll

Bayern Munich ingħaqdu ma’ Juventus u Liverpool sabiex jiksbu s-servizzi tal-winger internazzjonali Spanjol Marco Asensio. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u jinsab fl-aħħar mumenti mal-klabb tiegħu Real Madrid. Il-kuntratt tiegħu mal-Merengues jiskadi fis-sena 2023 bir-rappreżentant tiegħu lest jinnegozja ma’ xi wieħed minn dawn il-klabbs.

Asensio ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2014 fejn skorja 29 gowl f’169 partita. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Mallorca u Espanyol.

Sport