“Daniel, int dak il-bniedem li bdejna flimkien minn isfel nett u bl-appoġġ ta’ xulxin dejjem tlajna pass wara pass fl-istrutturi tal-Partit. Naf li din mhux tislima, iżda niltaqgħu dalwaqt għal aktar xogħol għax naf kemm temmen bi sħiħ fil-prinċipji soċjalisti li jsawwruna”.
Dan kien il-kliem li wassal lil Daniel Micallef, l-MEP f’isem il-Partit Laburista, Alex Agius Saliba f’messaġġ, fejn irringrazzjah ta’ dak kollu li għamel miegħu, ma’ sħabu u mal-voluntieri kollha li dejjem tahom widen.
Agius Saliba qal; “Int se tibqa’ tkun pedina kruċjali fil-Partit Laburista b’kariga u mhux. Nies awtentiċi bħalek rridu nibqgħu ngħożżuhom”.