Birkirkara u Sliema kisbu żewġ rebħiet importanti fil-Kampjonat tal-Beach Soccer Femminili, hekk kif komplew juru forma tajba fil-kompetizzjoni.
Ilbieraħ l-Istripes kisbu rebħa kbira ta’ 10-1 kontra Ballun FC filwaqt li aktar qabel irreġistraw rebħa oħra ta’ 3-0 kontra Parr Mela.
Mill-banda l-oħra, is-Slimiżi kellhom rebħa ta’ 7-5 kontra Skill and Passion u oħra ta’ 7-1 kontra Ballun FC.
Il-logħob mill-kampjonat femminili jkompli għada b’dan il-programm:
Fil-jiem li ġejjin jintlagħbu tim wieħed irid jinqala’ mill-kompetizzjoni sabiex eventwalment jintlagħbu l-final four.

