Wednesday, June 17, 2026

EAP Malta International 2026 – Edizzjoni Rekord li Tkompli Ssaħħaħ il-Pożizzjoni ta’ Malta fil-Kalendarju Dinji tal-Atletika

Aqra wkoll

Organizzata minn Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Club, l-EAP Malta International 2026 reġa’ kkonferma l-istatus tiegħu bħala l-aktar meeting internazzjonali ewlieni tal-atletika track and field f’Malta, billi ppreżenta edizzjoni rekord li għaqqdet prestazzjonijiet ta’ livell għoli, parteċipazzjoni internazzjonali b’saħħitha u organizzazzjoni eċċellenti minkejja kundizzjonijiet tat-temp diffiċli.

Rikonoxxut bħala parti mill-qafas tal-World Athletics Continental Tour Challenger Meeting u stabbilit sew fil-kalendarju globali tal-kompetizzjonijiet internazzjnali li jaqghu that il-kappa tal-World Athletics, l-EAP Malta International qed ikompli jattira atleti minn madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, sahanisitra b’rapprezentanza minn 37 pajjiz gejjin mil-kontinenti kollha. Dawn l-atleti jikkompetu mhux biss għall-midalji, iżda wkoll għal punti importanti fil-klassifika tal-World Athletics, li jikkontribwixxu direttament għall-kwalifikazzjoni għal kampjonati internazzjonali ewlenin.

L-edizzjoni tal-2026 reġgħet uriet it-tkabbir kostanti tal-avveniment kemm fil-kwalità kif ukoll fil-firxa internazzjonali tiegħu, u saħħet aktar ir-reputazzjoni dejjem tikber ta’ Malta bħala pajjiż ospitanti affidabbli għal kompetizzjonijiet tal-atletika ta’ klassifika dinjija.

Parteċipazzjoni internazzjonali qawwija u involviment rekord

Il-Kompetitzzjoni ta’ din is-sena laqgħet livell rekord ta’ parteċipazzjoni, b’atleti li rrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ pajjiżi u dixxiplini differenti. Il-programm tal-kompetizzjoni offra nofs ġurnata ta’ azzjoni ta’ kwalità għolja fit-track u field, fejn talenti lokali żgħażagħ promettenti kkompetew flimkien ma’ atleti internazzjonali stabbiliti f’format kompetittiv u organizzat b’mod effiċjenti.

Minkejja riħ qawwi u kundizzjonijiet diffiċli matul partijiet mill-kompetizzjoni, il-livell tal-prestazzjonijiet baqa’ għoli ħafna, b’diversi rekords tal-meeting, rekords nazzjonali u personal bests miksuba f’numru ta’ avvenimenti.

Punti Ewlenin tal-Avveniment

72,886 Punt ta’ Ranking fil- Klassifika tal-Meetings tal- World Athletics Continental Tour
• Bħalissa kklassifikat fil-259 post fil-World Athletics Meetings Ranking List 2026
Rekord ta’ parteċipanti fl-avveniment
Rekord ta’ parteċipanti barranin
4 Rekords tal-Meeting
2 Rekords tal-Meeting fil-kategorija Youth
Rekord wieħed EAP Future (U16)
Rekord Nazzjonali wieħed lokali u iehor barrani
Rekord Nazzjonali fil-kategorija U16

Tkabbir kontinwu

L-EAP Malta International wera progress konsistenti minn sena għal oħra kemm fil-livell ta’ parteċipazzjoni kif ukoll fil-kwalità tal-prestazzjonijiet, bl-edizzjonijiet preċedenti jirreġistraw żidiet sinifikanti fil-punteġġi tal-klassifika tal-meeting u fl-involviment internazzjonali. Dan it-tkabbir kontinwu huwa riflessjoni tal-kollaborazzjoni b’saħħitha bejn l-organizzaturi, l-uffiċjali, il-voluntiera u l-imsieħba internazzjonali.

Ringrazzjamenti

Il-Kumitat Organizzattiv tal-EAP Malta International jesprimi l-ikbar gratitudni tiegħu lejn il-voluntiera kollha, l-uffiċjali, il-persuni li taw l-għajnuna tagħhom, il-ġenituri, il-kowċis, il-media partners, l-isponsors ewlenin fosthom SportMalta u  l-Atortia’ Maltija tat-Turizmu u l-atleti għall-kontribut essenzjali tagħhom għas-suċċess tal-edizzjoni tal-2026.

Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lill-Kumitat Organizzattiv  tal-EAP Malta għall-impenn, id-dedikazzjoni u l-professjonalità tiegħu, li jkomplu jmexxu l-avveniment ’il quddiem minkejja r-riżorsi limitati disponibbli.

Ħarsa lejn il-futur

L-EAP Malta International se jkompli jibni fuq is-suċċess ta’ din is-sena bil-għan li jsaħħaħ aktar il-pożizzjoni tiegħu fil-kalendarju globali tal-World Athletics u jkompli jżid il-viżibilità ta’ Malta bħala destinazzjoni għal sport internazzjonali ta’ kwalità għolja. Madankollu, biex timmira għal livell ogħla ikun  meħtieġ appoġġ u riżorsi aktar sodi.

Il-Kumitat Organizzattiv iħares ’il quddiem biex jerġa’ jilqa’ lill-atleti, lill-uffiċjali u lill-ispettaturi fl-edizzjonijiet futuri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport