Wednesday, July 24, 2024

Beach Soccer: Naxxar Lions jibqgħu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Naxxar Lions baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tan-Nestle Ice Cream Beach Soccer League wara li kisbu żewġ rebħiet oħra matul din il-ġimgħa.

In-Naxxarin għelbu lil Birżebbuġa Tigers 8-2 f’logħba li huma ddominaw fejn minkejja li sfaw gowl minn taħt, dawru l-iskor favurihom.

Yessous Camilleri kien awtur ta’ erba’ gowls filwaqt li Nicholas Schembri skorja doppjetta. John Paul Zammit u Lee Joe Schembri żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Lydon Cuschieri u Noel Tabone irrispondew għal Birżebbuġa Tigers.

L-istess Naxxar Lions kisbu rebħa ta’ 3-1 kontra La Playa de Arena. Lydon Micallef, Marcelo Dias u Nicholas Schembri skorja wgħal-Lions b’Pak King Lee inaqqas l-iskor għal La Playa de Arena.

Fit-tieni post tal-klassifika hemm Ħamrun u Birżebbuġa Tigers b’sitt punti. Il-Ħamruniżi għelbu lil Ta’ Xbiex Sports Club 4-1. Emanuel Garba spikka għal Ħamrun meta skorja hat-trick b’Faisal Alnakoou li żied ieħor għat-tim tiegħu. Dunstan Zarb skorja l-uniku gowl għal Ta’ Xbiex.

Min-naħa tagħhom, Birżebbuġa Tigers pattew għat-telfa li kellhom kontra Naxxar wara li għelbu lil Ta’ Xbiex 7-3. Nigel Spiteri skorja doppjetta filwaqt li Brandon Bray, Noel Tabone, John Paul Barbara, Kayne Haber u Lydon Cuschieri niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Saturday Nanapere, Antoine Barbara u Ryan Dalli naqqsu l-iskor għal Ta’ Xbiex.

Ta’ Xbiex irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom f’dan il-kampjonat meta għelbu lil Sliema 6-5. Zvezdan Vukovic, Saturday Nanapere u Koiba Desire skorjaw doppjetta kull wieħed b’Shalon Diacono, Andrea Coppola, Matthew Agius, Vincenzo Margiotta u Simone Palma jirrispondu għas-Slimiżi.

F’logħba ferm bilanċjata, La Playa de Arena għelbu lil Sliema 5-4 wara l-għoti tal-penalties. L-iskor sal-ħin regolamentari kien dak ta’ 4-4 b’Vincenzo Margiotta u Simone Palma jiskorjaw doppjetta kull wieħed. Indrek Palm, Andre Cutajar u doppjetta ta’ Mantas Makutunevicius irrispondew għal La Playa de Arena.

KLASSIFIKA – NESTLE ICE CREAM BEACH SOCCER LEAGUE

Naxxar Lions 12, Ħamrun, Birżebbuġa Tigers 6, La Playa de Arena 5, Ta’ Xbiex Sports Club 3, Sliema Beach Soccer 0.

Ekonomija

Sport