Friday, November 15, 2024

Beda jingħata l-asfalt mar-roundabout taħt il-flyover biswit l-ajruport

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kompla għaddej ix-xogħol fuq il-proġett li qed isir biswit l-ajruport, li hu mistenni li jkun kompletament lest fi ftit xhur oħra. Tant li t-Tlieta waranofsinhar beda jingħata l-asfalt fir-roundabout ta’ taħt il-flyover il-ġdida.

Il-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport (KTAIP) qed isir b’investiment ta’ €18-il miljun u se joffri konnessjonijiet aktar faċli u siguri lejn Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, il-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi kif ukoll inħawi oħra fil-viċinanzi. 

Kelliem għal Infrastructure Malta din il-ġimgħa kkonferma ma’ dan is-sit li l-proġett miexi kif ippjanat, u mistenni jitlesta sa April li ġej. 

Ekonomija

Sport