Wednesday, October 9, 2024

Bejn l-Erbgħa u l-Ħadd żaru Malta 12 -il ekwipaġġ bil-karozzi klassiċi tagħhom

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Settembru, 12-il ekwipaġġ Sqalli żaru Malta bil-karozzi klassiċi tagħhom għall-Malta Tour esklussiva 2024. L-Erbgħa filgħaxija, waslu Malta fuq il-Catamaran u marru lejn ir-Resort ta’ erba’ stilel fiċ-Ċirkewwa.

Il-Ħamis l-ekwipaġġi żaru l-Bażilika ta’ Kristu Re u wara saqu lejn il-Baħrija, fejn ħadu sehem f’festa ta’ appetizers, platti, u deżerti tipiċi Maltin. Wara mawra gwidata fil-belt tal-Imdina.

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Settembru, kien imiss is-Santwarju u l-Mużew tal-Madonna tal-Mellieħa, it-Torri ta’ Sant’Agata u l-kappella tal-Kunċizzjoni fil-ponta ta l’Ahrax. Meta wasal ħin l-ikel żaru l-Każin tal-Banda La Vittoria fil-qalba tal-pjazza parrokkjali tal-Mellieħa.

Paul Mifsud u Joe Cauchi, President u Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika, laqgħu l-ekwipaġġi tal-Malta Tour 2024 fil-każin tal-banda. Wara l-ikel, żaru fabbrika tal-ħġieġ fil-Villaġġ tas-Snajja ta Ta Qali. Fi triq lura lejn ir-resort, għaddew minn Popeye Village.

Is-Sibt kienet ġurnata mimlija stennija. L-ekwipaġġi kienu eċċitati li ser jżuru l-mużew tal-karozzi klassiċi fil-Qawra. Oliver Attard, il-PRO, u Mariolino Gusman, is-Segretarju tas-Sħubija, ta l’Old Motors Club urew lill-ekwipaġġi madwar l-post tal-klabb fil-Mosta, fejn aktar tard gawdew ikla apetituża. Il-ġurnata kompliet bi żjara fil-Mużew tal-Avjazzjoni u kkonkludiet b’serata memorabbli ta’ skambju ta’ rigali u preżentazzjonijiet.

Il-Ħadd, 15 ta’ Settembru, l-aħħar jum tal-Malta Tour 2024, ħa lill-parteċipanti il-Forti Sant’Iermu, raw l-In Guardia, l-Forti Sant’Iermu u l-Mużew tal-Gwerra u l-aħħar ikla tat-tour fil-viċinanzi. Wara l-ikel, saqu lejn il-port, fejn l-ekwipaġġ telgħu fuq l-MV Jean de La Vallette u rritornaw lejn Pozzallo.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport