Monday, September 23, 2024

L-UE tappella sabiex il-pajjiżi jipprojbixxu t-tipjip u l-użu tal-vaping

Aqra wkoll

L-Unjoni Ewropea nhar it-Tlieta appellat lill-pajjiżi membri biex jipprojbixxu t-tipjip u s-sigaretti elettroniċi f’ħafna żoni barra inkluż bandli tat-tfal, pixxini u barra mir-ristoranti. F’rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-estensjoni tal-“politiki ambjentali mingħajr duħħan” tipproteġi aħjar is-saħħa tan-nies, u b’mod partikolari dik tat-tfal.

Hija ħeġġet lil madwar 27 pajjiż sabiex dawn jestendu r-restrizzjonijiet fis-seħħ għas-sigaretti elettroniċi u prodotti emerġenti oħra, bħal apparat tat-tabakk, li dejjem qed ikompli jilħaq lill-ġenerazzjoni żagħżugħa. Il-Kummissarju tas-Saħħa, Stella Kyriakides qalet; “Għandna d-dmir li nipproteġu liċ-ċittadini tagħna, b’mod partikolari lit-tfal u ż-żgħażagħ, kontra l-espożizzjoni għal duħħan u emissjonijiet ta’ ħsara”.

Statistika tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, l-WHO turi li l-użu tat-tabakk huwa stmat li joqtol aktar minn tmien miljun ruħ globalment kull sena, inklużi madwar 1.3 miljun persuna li ma jpejpux, iżda li jkollhom lil xi ħadd li jpejjep qrib tagħhom. 

L-UE qed timmira li tnaqqas il-popolazzjoni tat-tipjip tagħha minn madwar 25 fil-mija għal anqas minn ħamsa fil-mija tat-total sal-2040, bħala parti mill-pjan tagħha għal dak magħruf bħala “Beating Cancer”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport