Saturday, May 4, 2024

Ben Chilwell jista’ jitlef il-kumplament tal-istaġun minħabba injury serja

Aqra wkoll

Chelsea qed jibżgħu li d-difensur Ben Chilwell sofra injury serja fl-irkoppa kontra Juventus nhar it-Tlieta filgħaxija.

Filwaqt li l-Blues pproduċew waħda mill-aqwa wirjiet tagħhom tal-era ta’ Thomas Tuchel, arja ta’ diżappunt akkumpanjat ir-rebħa ta’ skor ta’ 4-0 li huma kisbu fi Stamford Bridge.

Chilwell kellu bżonn jinħareġ barra mill-ground matul it-tieni taqsima, u Tuchel irrikonoxxa wara l-logħba li kien imħasseb dwar l-internazzjonali Ingliż.

Qabel ir-riżultati ta’ skan nhar l-Erbgħa, Chelsea jħossu li l-player ta’ 24 sena seta’ sofra injury fl-ACL.

Jekk dan ikun il-każ, Chilwell kważi ċertament iqatta’ l-bqija tal-kampanja barra mil-logħob.

L-injury hija daqqa ta’ ħarta sinifikanti kemm għall-player kif ukoll għall-club, billi Chilwell kien protagonista fl-10 dehriet tiegħu fil-Premier League u ċ-Champions League dan l-istaġun.

Sport