Thursday, April 18, 2024

Jirrakkomandaw li tfal ta’ bejn il-5 snin u l-11-il sena jitlaqqmu kontra l-Covid-19

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ġlieda kontra l-pandemija għamlet pass ieħor ‘l quddiem u dan hekk kif Kumitat fi ħdan l-Aġenzija tal-Mediċini Ewropea (EMA) qed jirrakkomanda li tfal ta’ bejn il-5 snin u 11-il sena jingħataw it-tilqima konta l-Covid-19.

Il-kumitat irrakkomanda li t-tfal li jaqgħu f’din il-kategorija ta’ età jieħdu t-tilqima li għandha l-isem ta’ “Comirnaty’. Din it-tilqijma hi żviluppata mill-BioNTech u l-Pfizer.

Dan se jkun ifisser li f’pajjiżna fi ftit żmien ieħor tibda tingħata din it-tilqima. Filfatt id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fl-aħħar jiem iddikjara li pajjiżna kien jinsab lest għal din l-aħbar tant li l-proċess ta’ prokura għal dan il-vaċċin diġà huwa lest.

Id-Deputat Prim Ministru kien tenna li huwa ttamat li f’pajjiżna dawk bejn il-5 snin u l-11-il sena jibdew jitlaqqmu b’dan il-vaċċin minn nofs Diċembru ’il quddiem.

Id-doża ta’ din it-tilqima għal tfal ta’ bejn il-5 snin u 11-il sena ġie rakkomandat li tkun inqas minn dik li tingħata lil tfal ta’ tnax-il sena jew aktar. Hawnhekk ġie rakkomandat tingħata doża ta’ 10 µg minflok 30 µg. Dan hekk kif studju wera li din id-doża mnaqqsa fost din il-faxxa ta’ età tikkumpara l-istess ma’ doża sħiħa tal-istess vaċċin bejn żgħażagħ ta’ 16 u 25 sena.

L-istess studju wera li dan il-vaċċin għandu effettività ta’ 90.7 fil-mija f’dawk li huma prevenzjoni tas-sintomi tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport