Friday, May 3, 2024

Benfica jħabbru li Darwin Nunez ingħaqad ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Il-club ta’ Benfica ħareġ stqarrija fejn sostna li l-attakkant internazzjonali Urugwajan, Darwin Nunez, ingħaqad ma’ Liverpool għal £64 miljun liema ċifra tista’ titla’ sa £85 miljun skond id-dehriet u l-unuri li jirbaħ i-player mar-Reds.

Sadanittant huwa tneħħa mill-iskwadra Urugwajana li qed tilgħab partiti ta’ ħbiberija hekk kif jinsab f’Liverpool fejn nhar it-Tnejn mistenni jsirlu t-test mediku.

Jekk dan isir b’suċċess, it-Tlieta, dan il-player ta’ 22 sena jiffirma kuntratt ta’ ħames snin b’mod uffiċjali.

Sport