Monday, May 13, 2024

Benfica viċin li jiffirmaw lil Pedro

Aqra wkoll

Benfica jinsabu interessati li jakkwistaw lill-attakkant ta’ Flamengo Pedro. It-tim Portugiż qed ifittex plejer li jista’ jilgħab fil-parti offensiva tal-grawnd u identifikaw lil dan il-plejer ta’ 26 sena.

Pedro Guilherme Abreu dos Santos spikka ferm ma’ Flamengo tul is-sentejn li ilu magħhom meta skorja 40 gowl f’90 partita.

Sadanittant il-president ta’ Flamengo Rodolfo Landim qal li jekk Benfica verament interessati għal Pedro, iridu jħallsu l-klawsola li hemm fil-kuntratt eżistenti u minn hemm jibdew id-diskussjonijiet.

Sport