Wednesday, April 24, 2024

Benzema, Courtois u De Bruyne finalisti għall-premju tal-UEFA Player tas-Sena 2021-22

Aqra wkoll

Karim Benzema u Thibaut Courtois ta’ Real Madrid, kif ukoll il-midfielder Belġjan ta’ Manchester City Kevin De Bruyne, huma t-tliet nominati finali għall-premju tal-UEFA Player tas-Sena 2021-22.

L-attakkant ta’ Franza Benzema kien inħatar Player tal-istaġun tal-UEFA Champions League 2021-22, trofew mogħti lilu qabel is-Super Cup Ewropea f’Helsinki, grazzi b’mod partikolari għal 15-il goal fil-kompetizzjoni li rebaħ it-tim tiegħu.

Il-goalkeeper Belġjan Courtois rebaħ il-La Liga ma’ Real Madrid, kien Man of the Match fil-finali taċ-Champions League, u wettaq diversi saves mill-aqwa kontra Liverpool.

De Bruyne, li hu fost l-aħħar tliet nominati għat-tielet staġun konsekuttiv, kien inħatar Player tal-Istaġun tal-Premier League wara li mexxa lil City għal titlu domestiku ieħor, ir-raba’ fis-seba’ staġuni tiegħu mal-club Ingliż.

It-tliet nominati finali, li ħarġu minn lista inizjali ta’ 15-il player imfassla minn grupp ta’ studju tekniku tal-UEFA, intgħażlu minn ġurija magħmula mill: clubs li pparteċipaw fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, il-UEFA Europa League u l- UEFA Europa Conference League 2021/22; u panel ta’ ġurnalisti magħżula mill-European Sports Media (ESM).

Il-membri tal-ġurija għażlu l-aqwa tliet players tagħhom, bl-ewwel jirċievi ħames punti, it-tieni tlieta u t-tielet punt. Il-coaches ma tħallewx jivvutaw għall-players mit-team tagħhom stess.

Sport