Wednesday, March 27, 2024

Il-poplu Brażiljan imħasseb li l-President mhux se jaċċetta r-riżultat tal-elezzjoni li ġejja

Aqra wkoll

Eluf ta’ ċittadini Brażiljani niżlu fit-toroq biex juru t-tħassib tagħhom dwar l-għajdut li l-President Jair Bolsonaro beħsiebu li jibqa’ fil-poter anke jekk jitlef l-elezzjonijiet ta’ Ottubru li ġej. 

Kienu bosta dawk li ħarġu jipprotestaw f’għadd ta’ bliet madwar il-pajjiż. Il-biża’ ta’ dawn id-dimostranti hija li l-mexxej lemini estrem ma jirrispettax ir-riżultat elettorali u dan hekk kif il-passat hu kemm-il darba wera n-nuqqas ta’ fiduċja tiegħu dwar is-sistema elettronika ta’ votazzjoni fil-Brażil.

Bolsonaro ġieli allega li l-magni ta’ votazzjoni jagħtu lok għal tbagħbis. Infatti, is-sena li għaddiet Bolsonaro kien ipprova jbiddel din is-sistema għal waħda fejn il-poplu jivvota b’karta tal-vot u mhux bil-magni, iżda din ma kinitx għaddiet mill-Kungress.  Fid-dawl ta’ dan, ħafna huma dawk li qed jitħassbu li jekk jitlef l-elezzjoni Bolsonaro jadotta r-retorika tal-eks President Amerikan Donald Trump u jallega li kien hemm frodi u tbagħbis. 

Ekonomija

Sport