Wednesday, April 24, 2024

Jgħid li mhux se jerġa’ jmur il-kamra tan-nar wara l-isplużjoni ta’ Ġunju li għadda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-festa ta’ Santa Marija ta’ din is-sena għalija se tkun differenti minn tas-soltu. Nista’ ngħoddha b’waħda li għadni ħaj u kif jien ma nistax inkun attiv u nkun ta’ għajnuna lil sħabi”. Iddikjara dan Niki Magro, wieħed mill-persuni involuti fl-isplużjoni fil-Kamra tan-nar tas-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu tal-Mosta f’Ġunju li għadda.

Iż-żagħżugħ tkellem dwar l-esperjenza qarsa tiegħu mas-sidien tal-paġna ‘The people of Malta’. Magro spjega li għalkemm b’kollox kienu 11, hu u sieħbu l-aktar li kienu viċin l-isplużjoni u bil-ġenn tgerbu f’xulxin u spiċċa weġġa’ siequ.

Minkejja kollox huwa qal li l-miżuri ta’ sigurtà u prekawzjoni moderni installati fil-post għenu biex tiġi evitata traġedja.

Mistoqsi dwar jekk jitħajjarx jerġa’ jibda jaħdem in-nar, Magro qal li b’rispett lejn tal-familja mhux se jmur iżjed lejn il-kamra. Huwa qal li għalkemm mhux se tkun faċli minħabba li minn dejjem kien jaħdem in-nar, mhux faċli jinsa dak li għadda minnu dakinhar tal-inċident.

Sport