Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ħeġġeġ lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jagħmel dak kollu possibbli biex isolvi l-qtil ta’ kuġintu Karin Grech u delitti politiċi oħrajn.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali Grech qal li jibqa’ jittama li l-verità kollha dwar dan id-delitt tkun magħrufa u jasal dak il-jum meta jissolva.
Tenna li l-qtil ta’ Karin Grech se jibqa’ tebgħa fuq l-istorja politika riċenti ta’ pajjiżna, u dan il-kapitlu fl-istorja ta’ pajjiżna jista’ jingħalaq biss meta jissolvaa dan id-delitt u kull delitt politiku ieħor.