Wednesday, July 24, 2024

Trump jiffirma pakkett ta’ għajnuna li se jwassal biex tkun evitata kriżi fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump iffirma pakkett ta’ għajnuna li jlaħħaq id-$900 biljun, biex b’hekk ġew fi tmiemhom jiem ta’ drama wara li kien qed jirrifjuta li jaċċetta l-ftehim milħuq bejn iż-żewġ partiti li għandu l-għan li jinjetta flus f’negozji u aġenziji tal-Gvern f’dan il-perjodu diffiċli ekonomiku kkaġunat mill-pandemija.

Il-liġi se tkun tinkludi $1.4 triljun f’fondi lill-aġenziji tal-Gvern sa Settembru li ġej.

L-iffirmar sar fir-resort privata ta’ Trump fi Florida, jum wara kritika ħarza mir-Repubblikani u d-Demokratiċi dwar l-objezzjonijiet tiegħu għall-iffirmar tal-ftehim. Dan se jwassal biex tkun evitata kriżi li kienet qed thedded li saħansitra twaqqaf l-operat ta’ aġenziji tal-Gvern.

Ekonomija

Sport