Monday, December 23, 2024

Bernard Grech: “Intom reattivi għal kulma ngħidulkom aħna”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech akkuża lill-Gvern li huwa reattiv għal dak li tgħid l-Oppożizzjoni. Huwa qal li f’Novembru li għadda, l-Oppożizzjoni qalet li l-Wage Supplement kellha tiġi estiża sa Marzu. Qal li mbagħad intqal li se tiġi estiża sa Jannar u Frar. “Intom reattivi għal kulma ngħidulkom aħna,” qal Dr Grech fid-diskussjoni parlamentari dwar l-abbozz ta’ liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar l-istituzzjonijiet u qal li dawn għandhom jitħallew jaħdmu. Dr Grech akkuża wkoll lill-Prim Ministru li huwa ma jiddeċidix u li jinteressah biss mis-siġġu tal-poter. 

Huwa tkellem ukoll dwar il-miżuri tal-pandemija. “Miżuri jidħlu u joħorġu, jitnaqqsu u jiżdiedu. Issa għax tkellimna għal-libertajiet tan-nies. Ħassejna li ma tistgħux tibqgħu tiddiskriminaw issa għaliex se jkollu jmur għall-elezzjoni f’daqqa waħda nduna li r-regoli li daħħal fis-17 ta’ Jannar issa wasal iż-żmien li jneħħuhom,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni. 

Dr Grech tenna wkoll li l-PN se jkompli jiġi bis-soluzzjonijiet biex jerġgħu jpoġġu lil dan il-pajjiż fit-triq it-tajba u se jibqa’ jkun il-vuċi tal-poplu. 

Ekonomija

Sport