Wednesday, April 24, 2024

Il-gvern Olandiż inaqqas ir-restrizzjonijiet minkejja numri rekord ta’ infezzjonijiet

Aqra wkoll

Il-gvern Olandiż ħabbar li l-bars, restoranti, mużewijiet u teatri se jkunu qegħdin jerġgħu jinfetħu tat ċertu kundizzjonijiet. Dan hekk kif l-Olanda se tkun qiegħda tnaqqas numru ta’ restrizzjonijiet minħabba l-Covid-19, li huma fost l-iktar riġidi fl-Ewropa. Ġewwa l-Olanda, il-bars, restoranti u postijiet ta’ kultura ilhom iktar minn xahar magħluqin flimkien ma’ numru ta’ skejjel tal-primarja. 

Din l-aħbar ingħatat mill-Prim Ministru Mark Rutte u dan minkejja li dan il-pajjiż għadu qiegħed jirreġistra numri rekord ta’ infezzjonijiet ġodda. Il-fattur li wassal għal din id-deċiżjoni kien li l-infezzjonijiet tal-Omicron mhux qed iwasslu biex ħafna nies jidħlu l-isptar.   

Din l-aħbar xorta waħda jidher li ma kinitx biżżejjed għall-oqsma tal-ospitalità u kultura u dan għaliex dawn se jkunu jistgħu jiftħu biss sal-10.00 p.m. Apparti hekk timijiet sportivi lanqas kienu sodisfatti minħabba li dawn se jkunu jistgħu jimlew biss terz tal-istadiums tagħhom. 

Għadd ta’ politikanti ilhom żmien twil ipoġġu pressjoni fuq il-gvern ta’ Rutte biex dan inaqqas ir-restrizzjonijiet, u l-ġimgħa li għaddiet sindki minn 30 muniċipalità ffirmaw petizzjoni dwar 

Sport