Kompla dwar is-suġġett tal-konċessjoni tal-Isptarijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fejn saħaq li n-naħa tal-gvern huma kollha kompliċi f’dan il-kuntratt ma’ Steward Healthcare. Filwaqt li huwa wkoll rrefera għall-aħħar dettalji ppubblikati mill-awditur ġenerali, Grech qal li l-ammont miftiehem bejn il-gvern u Steward ma kienx jinkludi l-pagi tal-ħaddiema.
Saħaq li bħala Oppożizzjoni ma jistgħux jibqgħu iktar kwieti u stieden lill-pubbliku għal protesta oħra quddiem il-bini tal-parlament għal għada fis-6:00 p.m. Huwa tenna li wasal il-mument tal-verità u dawk responsabbli jridu jinżammu responsabbli.