Friday, May 17, 2024

Bernard Grech jippreżenta l-espressjoni ta’ interess għall-kariga ta’ Kap tal-PN

Aqra wkoll

Aktar kmieni illum il-Kummissjoni Eletorali irċeviet minn Dr. Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, id-dikjarazzjoni ta’ interess għall-kariga ta’ Kap ta’ Partit.

F’każ li Grech ma jiġix ikkontestat, jissejjaħ Kunsill Ġenerali biex jivvota favur jew kontra l-konferma ta’ tiegħu.

Fi stqarrija, il-PN qal li l-formoli jistgħu jibqgħu jinġabru mingħand is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Rudolph Marmara kemm fiżikament  jew permezz ta’ email mibgħuta lilu fuq l-indirizz [email protected]  u d-dikjarazzjoni ta’ interess trid tintbgħat jew tingħata lill-Kummissjoni Elettorali sat-30 ta’ April f’12.00p.m.

Sport