Wednesday, December 25, 2024

Bernard Grech jitfa’ n-nomina għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum Dr. Bernard Grech issottometta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech, biex b’hekk ingħalaq il-proċess ta’ nominazzjonijiet. Il-proċess ta’ nominazzjonijiet seta’ jingħalaq għax persuna waħda biss kienet issottomettiet id-dikjarazzjoni ta’ interess.

Għalhekk il-Kummissjoni Elettorali ddikjarat li issa l-elezzjoni tista’ ssir nhar il-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ Mejju kemm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u fis-Sub Headquarters f’Ta Sannat. Il-ħinijiet se jkunu l-Ġimgħa f’Malta bejn il-5:00pm u d-9:00pm u bejn il-5:00pm u t-8:00pm f’Għawdex, u s-Sibt bejn it-8am u l-5pm f’Malta u f’Għawdex bejn it-8:00am u t-3:00pm.

Se jkun hemm ukoll il-votazzjoni bikrija nhar it-Tnejn 23 ta’ Mejju bejn il-5:00pm u d-9:00pm fid-Dar Ċentrali u bejn il-5pm u t-8pm fis-sub headquarters f’Ta Sannat f’Għawdex.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara s-sottomissjoni tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li jinsab determinat li bl-appoġġ b’saħħtu tal-kunsillieri jkun jista’ jkompli jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex flimkien nerġgħu nagħmlu mill-ġdid partit aktar b’saħħtu u rebbieħ.

Ekonomija

Sport