Wednesday, April 24, 2024

Il-ftehim għax-xiri ta’ twitter imwaqqaf minħabba profili foloz

F'każ li xi ħadd miż-żewġ partijiet iwaqqa' l-kuntratt se jkollu jagħti lill-parti l-oħra $1 biljun

Aqra wkoll

Elon Musk qal li l-offerta tiegħu ta’ $44 biljun biex jixtri Twitter minħabba nuqqas ta’ ċertezza dwar l-għadd ta’ profili foloz u dawk meqjusa bħala spam fuq il-pjattaforma.

Musk qal li kien qiegħed jistenna verifika dwar informazzjoni li ngħata aktar qabel rigward dawn il-profili li hu stmat li jammontaw għal inqas minn ħamsa fil-mija tat-total fuq il-pjattaforma.

F’każ li jirriżulta li din l-informazzjoni mogħtija lilu ma kinitx waħda korretta, huwa jista’ jitlob li jirrinegozja l-prezz tax-xiri jew saħansitra li jwaqqa’ l-ftehim.

Wara din it-Tweet maħruġa minnu, l-isħma fuq il-pjattaforma niżlu b’madwar 25 fil-mija, iżda aktar tard huwa reġa’ kiteb li għadu kommess li jixtri l-pjattaforma.

Skont it-termini tal-ftehim, jekk xi ħadd miż-żewġ partijiet imur lura mill-kelma, jkollu jagħti lill-parti l-oħra xejn inqas minn $1 biljun.

Sport