Wednesday, April 24, 2024

Bernard Grech lest jiddiskuti biex delitt bħalma seħħ lil Paulina ma jseħħ qatt aktar f’pajjiżna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Dawn l-aħħar jiem bħalek kont ħosbien wara l-mewt ta’ Paulina. Mhux biss bħala Politiku iżda anke bħala missier. Tkellimt mat-tifla tiegħi ta’ 21 sena li setgħet kienet, setgħet kienet Maltija bħalna iżda dan mhuwiex il-punt.” Hekk beda biex jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni f’reazzjoni fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Permezz ta’ filmat imxandar minnu Grech qal li hu forsi għax raġel qatt ma esperjenza dan l-abbuż u li għalkemm m’għandux dubju li jeżisti ma jistax jifhem kemm persuna tħossha vulnerabbli meta tkun f’sitwazzjoni bħal din.

Huwa tkellem dwar persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti li wkoll jkunu f’postijiet fejn ma jħossuhomx siguri.

Grech qal li din hija responsabbilità ta’ kulħadd, iżda żgur tal-istituzzjonijiet tagħna u kif dawn setgħu fallew u x’seta’ mar ħażin. Huwa qal li l-istituzzjonijiet huma magħmulin minn nies bħalna li jeħtieġ li jingħataw il-valur li jistħoqqilhom biex huma jkollhom serħan tal-moħħ biex iwettqu xogħolhom bl-aħjar mod possibbli.

Huwa qal li tkellem ma persuna li rrappurtat dwar xi ħaġa li kienet qiegħda ssir. Dan il-persuna għamel perjodu twil tiela’ u nieżel il-Qorti u meta kien imsejjaħ biex jixhed kien se jeħel disprezz għax ma setax jattendi u għalhekk qallu “għal darba oħra, kont indawwar wiċċi banda oħra”.

Grech qal li huwa tajjeb li jiżdiedu l-uffiċjali tal-Pulizija fil-Komunità, iżda jeħtieġ li nifhmu li ma nistgħux naċċettaw kollox. Tkellem dwar l-abbuż ta’ kuljum fid-djar jew fuq il-post tax-xogħol jew każi oħra li ma jidhrux. 

“Ma jistax ikollna, tfajliet, ġuvintur, anzjani, żgħażagħ, ħaddiema, li ma jħossuhomx siguri, iżda kulħadd irid jerfa’ r-responsabbilità tiegħu”, kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Grech stieden lil dawk kollha li jixtiequ jikkuntattjawh biex jiddiskutu dwar dan is-suġġett biex flimkien ikollna soċjetà aħjar biex delitt bħalma seħħ fl-ewwel lejl tas-sena ma jseħħx aktar f’pajjiżna.

Sport