Friday, April 19, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jiffirma Memorandum ta’ Ftehim mas-Centre for Sport Excellence

Aqra wkoll

Bħala parti mill-impenn li joffri appoġġ lill-federazzjonijiet nazzjonali affiljati miegħu, il-Kumitat Olimpiku Malti ffirma Memorandum ta’ Ftehim mas-Centre for Sport Excellence (CSE).

Is-CSE huwa proġett ta’ Edu Alliance, ditta lokali ta’ konsulenza ta’edukazzjoni u t-taħriġ li tipprovdi wkoll servizzi ta’ appoġġ lill-entitajiet biex jidentifikaw opportunitajiet ta’ finanzjament u fundi mill-Unjoni Ewropea.

L-MOU ġie ffirmat mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello u Martin Borg, CEO ta’ Edu Alliance.

 “Il-Kumitat Olimpiku Malti jilqa’ din il-kollaborazzjoni u nistennew bil-ħerqa li dan l-iffirmar jiġi tradott f’riżultati tanġibbli kemm għall-KOM kif ukoll għall-federazzjonijiet membri affiljati tiegħu.” irrimarka Julian Pace Bonello.

Il-finanzjament tal-UE jibqa’ qasam mhux sfruttat ta’ fondi tant meħtieġa minn federazzjonijiet membri affiljati tal-KOM. Federazzjonijiet bħal dawn se jingħataw appoġġ professjonali biex iħejju proposti dettaljati għal proġetti li jkunu jridu jimplimentaw iżda li ma jkollhomx il-finanzjament meħtieġ.

 “Ninsabu soddisfatti li ġejna magħżula minn entità tant prestiġjuża bħalma hu l-Kumitat Olimpiku Malti, li poġġew il-fiduċja tagħhom fl-għarfien espert tagħna biex jassistu fit-twassil professjonali ta’ servizzi ta’ konsulenza li jippermettulhom jibbenefikaw minn sorsi tafinanzjament li ma kinux ġew sfruttati qabel.” spjega Martin Borg.

Sport