Wednesday, April 24, 2024

Ryanair twaqqaf l-operat tagħha mill-ajruport ta’ Frankfurt

Aqra wkoll

Il-kumpanija tal-ajru low-cost, Ryanair ħabbret li mhux se tkompli topera titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Frankfurt, meqjus bħala l-iktar ajruport użat fil-Germanja. B’din id-deċiżjoni, Ryanair se tagħlaq ukoll il-bażi li għandha f’dan l-ajruport.

B’hekk issa Ryanair se tirriloka l-ħames ajruplani li kellha fl-ajruport ta’ Frankfurt lejn ajruporti oħra li għandhom tariffi aktar baxxi biex jistimulaw l-irkupru tat-traffiku bl-ajru.

Skont kif irrappurtat l-aġenzija tal-aħbarijiet Ewropea Euronews, il-linja tal-ajru Ryanair ilmentat li minflok ma pprovda inċentivi hekk kif l-industrija tal-avjazzjoni qed titħabat mal-konsegwenzi tal-pandemija tal-virus tal-Corona, l-ajruport ta’ Frankfurt għażel li jżid il-prezzijiet saħansitra aktar, u b’hekk ma baqax aktar kompetittiv ma’ ajruporti oħra Ewropej.

Rynair, li hi bbażata fl-Irlanda qalet li l-ekwipaġġi kollha tagħha tat-titjiriet bbażati fi Frankfurt ingħataw l-assigurazzjoni ta’ pożizzjonijiet alternattivi fin-netwerk ta’ Ryanair u li l-passiġġieri affettwati mill-kanċellazzjonijiet se jirċievu notifiki u rifużjonijiet fil-jiem li ġejjin.

Sport