Manchester United ħabbru li għalissa mhux se jaħtru direttur sportiv ġdid wara li Dan Ashworth irriżenja mill-kariga l-ġimgħa l-oħra. Huwa għalhekk li l-ogħla awtoritajiet tal-klabb se jpoġġu lid-duo Omar Berrada u Jason Wilcox f’din il-kariga għallinqas għaż-żmien li ġej.
Dawn iż-żewġ persuni huma midħla sew tal-klabb apparti li jistgħu jgħinu aktar lill-kowċ Ruben Amorim sabiex isaħħu lit-tim minn Jannar li ġej.