Wednesday, April 9, 2025

Bħal lum inqatel Elser….dak li pprova joqtol lil Hitler

Aqra wkoll

Bħal-lum 9 ta’ April 1945, George Elser inqatel fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Dachau, George Elser kien ħaddiem ġo fabbrika imma kien ukoll mużiċist  u hu pprova joqtol lid-dittatur Ġermaniż Adolf Hitler.

Hu kien jaħdem f’fabbrika li timmanifattura l-armi  u wara ħadem ukoll f’barriera. Hu kien irnexxielu jisraq ammont ta’ splussivi u dawn kien għamilhom ġo pub f’Munich fis-sena 1939. Hu kien jaf li Hitler kien iżur dan il-pub kull sena fit-8 u d-9 ta’ Novembru biex jiċċelebra anniversarju tan-Nażisti.

Ġara iżda li dik is-sena Hitler telaq qabel is-soltu mill-pub u għalhekk ħeles mill-isplużjoni, li kienet qatlet sitt membri tal-Partit Nażista. 

Elser kien arrestat aktar tard u kien ittorturat. Hu kien insista li aġixxa waħdu u rrifjuta li jagħti ismijiet ħlief ta’ wieħed kommunist li kien diġa miet. Hu intbagħat fil-kamp ta’ konċentrament f’Dachau u inqatel fuq ordnijiet ta’ Himmler ftit jiem biss qabel dan il-kamp kien meħlus.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport