Thursday, April 25, 2024

“Bħala fondazzjoni noffru diversi għajnuniet għal dawk li għandhom problema ta’ logħob eċċessiv” – Kevin O’Neill, General Manager tal-RGF

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu ttellgħet konferenza stampa b’rabta mal-għotja ta’ €50,000 minn Maltco Lotteries lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli. 

Is-Sur Kevin O’Neill, il-General Manager tal-Fondazzjoni Logħob Responsabbli esprima r-rieda tal-Fondazzjoni li tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet ma’ Maltco bħala partner sinifikanti fit-tfittxija għall-promozzjoni ta’ logħob responsabbli. Is-Sur O’Neill iddikjara li l-Fondazzjoni se tfittex li twassal il-messaġġ li t-tgawdija ta’ din l -attività hi possibbli bl-impenn u r-rieda tajba tal-partijiet interessati (stakeholders) involuti. “Naf li qalb Maltco tinsab fil-post it-tajjeb meta tiġi biex turi l-ispirtu tagħha lejn logħob responsabbli, kif muri mill-parteċipazzjoni tagħhom fit-taħriġ riċenti tal-RGF bħala parti mill-Proġett TAKE ACTION biex tassigura li l-esperjenza tal-klijent tkun sigura, ġusta u pjaċevoli”, spjega s-Sur O’Neill.

F’kummenti lil dan is-sit huwa spjega li fejn ikun hemm problema ta’ logħob eċċessiv jeħtieġ li din tiġi indirizzata u għal dan il-għan il-fondazzjoni   toffri numru ta’ servizzi.

Is-Sur O’Neill fakkar fil-helpline li huwa 1777 kif ukoll il-formula tal-barring li permezz tagħha wieħed jista’ jillimita ruħu milli jaċċessa postijiet fejn isir il-logħob bħalma huma Kasinos u gaming parlours.

“Bħala Fondazzjoni aħna naraw li nsaħħu r-relazzjonijiet tagħna ma’ dawk il-kumpaniji tal-gaming li għandhom livelli ta’ protezzjoni għoljin u għajnuna għall-ġukaturi tagħhom għax aħna nemmnu li l-logħob għandu jkun bod ta’ kif wieħed jirrikrea ruħu u jinteraġixxi soċjalment”, temm jgħidilna l-General Manager tal-fondazzjoni.

Sport