Bħalissa hemm 22 tifel/tifla jirċievu kura għall-kanċer. Dan iddikjarah il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament.
Dan meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Il-Ministru Abela spjega li skont il-proċeduri tal-Isptar, jista’ jkun hemm il-ħin kollu ġenitur wieħed li jibqa’ mat-tfal li jkunu rikoverati l-isptar Mater Dei.
Tenna jgħid li imbagħad, skont il-kundizzjoni tal-każ speċifiku, jkun hemm ħinijiet fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu joqogħdu mal-wild.

