Il-gvern tar-Renju Unit qal li se jintroduċi verifiki bijometriċi fil-ħabsijiet wara li ċifri ġodda żvelaw li 179 persuna nħelsu bi żball minn 2025 sa Marzu 2026.
Dan ġie hekk kif is-sejbiet ta’ reviżjoni indipendenti kkritikaw ir-rilaxxi żbaljati reċenti bħala “sempliċement sintomu wieħed ta’ sistema mkissra”.
Ir-reviżjoni ta’ Dame Lynne Owens ġiet ikkummissjonata wara li Hadush Kebatu nħeles bi żball minn ħabs f’Essex f’Ottubru 2025, fejn kien intbagħat il-ħabs talli abbuża sesswalment tifla ta’ 14-il sena u mara waqt li kien qed jgħix f’lukanda tal-immigranti .
Id-Deputat Prim Ministru David Lammy qal li s-sejbiet enfasizzaw iż-żieda “inaċċettabbli” fir-rilaxxi żbaljati, u li l-gvern se “jġib is-sistema tal-ħabs fis-seklu 21”.
Il-179 priġunier li nħelsu bi żball fl-Ingilterra u Wales jimmarkaw tnaqqis mis-sena ta’ qabel, meta n-numru kien ta’ 262.
Iżda għadu elevat. Fl-2023-2024, in-numru kienet ta’ 115.
Ir-rilaxxi żbaljati jistgħu jinkludu mandati ta’ ħabs żbaljati jew kalkoli żbaljati ta’ sentenzi ta’ arrest preventiv, jew ir-riżultat ta’ żbalji mill-qrati jew awtoritajiet oħra, qal il-Ministeru tal-Ġustizzja.

