Ftit tal-ħin ilu bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa. Dan wara li persuna weġġgħet kif qabżet fil-baħar.
Tim mediku ġie msejjaħ biex jassisti fuq il-post sabiex jagħti l-assistenza tiegħu lir-raġel. Fuq ii-post ġew imsejħa wkoll il-ħaddiema tas-salvataġġ tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lir-raġel sabiex jittella’ mill-baħar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.