Wednesday, April 24, 2024

Il-partitarji ta’ Liverpool se jieħdu azzjoni legali kontra l-UEFA

Aqra wkoll

Grupp li qed jirrappreżenta lill-partitarji ta’ Liverpool se jieħu azzjoni legali kontra l-UEFA wara x-xeni kaotiċi fil-finali tal-UEFA Champions League li ntlagħbet fit-28 ta’ Mejju, kontra Real Madrid, f’Pariġi.

Bosta kienu dawk il-partitarji li lmentaw li sofrew ġrieħi fiżiċi u mentali wara li ma tħallewx jidħlu jaraw il-finali fi Stade De France.

Il-partitarji, li bosta minnhom huma membri tal-familja, jammontaw bejn il-5,000 u l-10,000, kollha se jiffirmaw il-petizzjoni biex jittieħdu l-proċeduri legali.

Sport