Wednesday, March 27, 2024

Bħalissa: ħidma biex jiġi salvat raġel mill-inħawi tal-aħrax tal-Mellieħa

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa. Dan wara li persuna weġġgħet kif qabżet fil-baħar.

Tim mediku ġie msejjaħ biex jassisti fuq il-post sabiex jagħti l-assistenza tiegħu lir-raġel. Fuq ii-post ġew imsejħa wkoll il-ħaddiema tas-salvataġġ tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lir-raġel sabiex jittella’ mill-baħar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ekonomija

Sport