Wednesday, December 25, 2024

“Bi Gvern Nazzjonalista taraw pajjiż li tridu terġgħu tirritornaw fih”

Aqra wkoll

Waqt attività politika tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tkellem dwar is-settur tal-Edukazzjoni, settur li fil-fehma tiegħu huwa sinonimu mal-PN. 

Grech beda billi rringrazzja lill-għalliema u wiegħed bidla fil-finanzjament tas-settur tal-Edukazzjoni. Huwa wiegħed żieda ta’ kull sena f’dan is-settur. Barra minn hekk wiegħed titjib fil-kundizzjonijiet tal-għalliema, fosthom permezz ta’ titjib fis-salarji.

Kompla billi wiegħed inċentivi għall-istudenti, fosthom: twessigħ fit-tqassim tal-ikel fl-iskejjel primarji u sekondarji, ftuħ ta’ skola speċjalizzata kull sena, programm fl-apprendistat u għajnuna sabiex jiġu koperti 35% mill-pagi tal-apprendistati, żieda ta’ 25% fl-istudent maintanance grant, u żieda ta’ 25% fl-istipendju għal min jagħmel xi volontarjat. Ma naqasx ukoll milli jwiegħed skemi għall-ġenituri biex inaqqsu mill-miżati tal-edukazzjoni mid-dħul taxxabbli.

Fl-aħħar nett, wiegħed ukoll study leave għal dawk l-individwi li jaħdmu full-time, vawċer ta’ €500 għal żgħażagħ bejn is-16 u l-21 għall-vjaġġar sportiv u kulturali, u ftuħ ta’ numru ta’ ċentri edukattivi, fosthom dawk akkademiċi,  mużikali u l-bqija. Huwa osserva wkoll li “70% taż-żgħażagħ qatgħu qalbhom minn dal-pajjiż u allura jridu jemigraw”. F’dan ir-rigward assigura li “Bi Gvern Nazzjonalista taraw pajjiż li tridu terġgħu tirritornaw fih”.

Ekonomija

Sport