Friday, May 17, 2024

Ara meta se jivvotaw fid-djar tal-anzjani u l-isptarijiet

Aqra wkoll

Votazzjoni f’San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei (inkluż l-Isptar tal-Onkoloġia Sir Anthony Mamo), Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex (inkluż Downtown Hotel).

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:

Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani  (ara skeda) – is-Sibt, 19 ta’ Marzu; 

L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – il-Ħamis, 24 ta’ Marzu

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 a.m. sal-10.00 p.m. mingħajr waqfien.

Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani

Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fid-19 ta’ Marzu, 2022), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 12 ta’ Marzu;

Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu;

Fid-19 ta’ Marzu ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.

Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex:

Jivvotaw f’dawn il-postijiet (fl-24 ta’ Marzu, 2022) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00p.m. tat-Tnejn, 21 ta’ Marzu, 2022, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-20 ta’ Marzu.

Skeda

01Il-ĦamrunDar San Pawl
02Santa VeneraL-Istitut ta’ Apap
03Santa VeneraCasa Francesco
04BormlaDar tal-Anzjani
05Iż-ŻejtunDar l-Anzjani
06Ħal GħaxaqGhigo Community Residence
07MarsaskalaSt Thomas Community Living
08Il-FguraResidenza San Ġużepp
09PaolaCasa Paola
10Ħal TarxienDar l-Annunzjata
11Ħal QormiDar Pinto
12L-ImtarfaDar għall-Anzjani
13Ir-Rabat (M)Villa Messina
14Ir-Rabat (M)Dar Saura
15Ir-Rabat (M)St Elizabeth Home
16Ħal BalzanCasa Antonia
17BirkirkaraDar tal-Kleru ‘Christus Sacerdos’
18L-ImsidaJasmine Nursing Home
19In-NaxxarGolden Care
20In-NaxxarSimblija Care Home/Hilltop Residence
21San ĠiljanCasa Leone XIII
22San ĠiljanResidenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp
23Tas-SliemaCasa Marija
24Tas-SliemaThe Imperial
25Ħ’AttardDar  Santa Katerina
26Ħ’AttardRoseville
27Il-MostaSorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’
28Il-MostaCasa Arkati
29Il-MostaDar il-Madonna tal-Isperanza
30Il-MostaCentral Home
31Il-MellieħaDar il-Madonna tal-Mellieħa
32San Pawl il-BaħarCasa Serena
33San Pawl il-BaħarCasa San Paolo
34San LawrenzVilla San Lawrenz

Sport